Ħolma li saret realtà għall-kantant mużikali Kevin Paul. Dan hekk kif il-vuċi tiegħu kienet parti mill-kanzunetta mużikali li ssawret proprju għall-film il-ġdid ta' Netflix 'Enola Homes 3'.
Il-kantant żagħżugħ stqarr fuq il-midja soċjali kemm kien ta' prestiġju għalih li seta' jikkontribwixxi l-ideat u l-vuċi tiegħu għal din il-kanzunetta.
Hu tella' wkoll filmat fejn fih tidher ir-reazzjoni tiegħu hekk kif jisma' għall-ewwel darba l-vuċi tiegħu f'din il-kanzunetta miżjuda mal-film ta' Netflix.
Instagram / @kevinpaul_official