“Dejjem Grata u Mbierka Li Wasalt S’Hawn.” – Tagħlaq Sninha Carmen Gusman

Carmen Gusman

Fost il-ferħ ta' għeluq sninha, Carmen Gusman qasmet messaġġ mimli gratitudni u riflessjoni, fejn irringrazzjat lil Alla talli għalqet sena oħra f'ħajjitha.

Kliem sempliċi iżda sinċier li jirrifletti l-attitudni pożittiva li dejjem uriet matul is-snin, anke quddiem l-isfidi kbar li l-ħajja poġġiet quddiemha.

F'intervista li kellha ma' Gwida.mt, Carmen kienet fetħet qalbha dwar il-vjaġġ tagħha flimkien mal-mibki żewġha Enzo, fejn tkellmet b'emozzjoni dwar il-mumenti sbieħ li għexu flimkien, iżda wkoll dwar il-provi u d-diffikultajiet li kellhom jaffaċċjaw matul is-snin.

Matul dik il-konversazzjoni, hija fakkret ukoll fil-karriera artistika tagħhom, li ħalliet marka fuq ix-xena lokali, u kif il-mużika u d-dedikazzjoni lejn il-pubbliku kienu dejjem parti importanti minn ħajjithom.

Illum, f'għeluq sninha, il-kliem tagħha jkompli jwassal l-istess messaġġ ta' tama u apprezzament għall-ħajja. "Dejjem grata u mbierka li wasal s'hawn," tikteb Carmen.

Awguri mill-qalb Carmen!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI