“Pass Kbir Għal Età Daqshekk Żgħira, Iżda Ħolma Kbira Għall-Futur” – Is-Sewwieq Ta’ 3 Snin Diaz Calleja Ser Jitħarreġ Fi Sqallija

go karting Diaz

Aktar kmieni din is-sena Diaz Calleja, sewwieq Malti ta’ 3 snin tal-go karting, impressjona wara li wera l-passjoni tiegħu f'dan il-motorsport.

F’età meta ħafna tfal huma ffukati fuq il-ġugarelli u l-logħob, Diaz jinsab wara l-istering, u qed jitgħallem l-arti tal-go-karting. Fdan il-filmat hawn taħt tistgħu taraw il-ħeffa tas-sewwieq Malti f'dan il-motorsport.

Issa Diaz se jibda l-vjaġġ tiegħu fid-dinja tal-go karting. Fix-xhur li ġejjin se jkun qed jitħarreġ fi Sqallija biex ikompli jiżviluppa l-ħiliet tiegħu f'dan is-sewqan!

Missieru Elton, li jinsab ħerqan biex jara lil ibnu jkompli jifjorixxi f'dan il-motorsport, jgħid; "Pass kbir għal età daqshekk żgħira, iżda ħolma kbira għall-futur. Nawgurawlu kull suċċess f’din l-avventura u nistennew bil-ħerqa naraw il-progress tiegħu."

Bravissimu! Ejja minn hemm Diaz! Hawn taħt hu filmat riċenti ta' Diaz fil-preparamenti tiegħu għal din l-esperjenza li jmiss.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI