“Illum Il-Prinċep Tagħna Bruno Jagħlaq Sitt Snin!” – Davinia Sammut Hili

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna uffiċjali tagħha, Davina Sammut Hili awgurat lill-kelb tagħha Bruno li llum jagħlaq sitt snin. Hi esprimiet kemm tapprezzah u tarah bħala parti mill-familja.

Kitbitlu, “Illum il-prinċep tagħna Bruno jagħlaq sitt snin! Grazzi talli timla d-dar tagħna bi mħabba, ferħ u tant mumenti sbieħ. Int mhux biss il-kelb tagħna, imma parti mill-familja u ħabib leali li dejjem ikun hemm. Nawgurawlek ħafna saħħa, ħafna logħol, ħafna treats u ħafna snin oħra mimlijin mħabba. Awguri fis-sitt għeluq snin tiegħek, Bruno!”

Nawguraw mill-qalb lill-għażiż Bruno. L-annimali tassew jafu jimlew dar bil-ferħ u jirnexxielhom isiru parti mill-familja. Huma leali u ħbieb ta’ veru.

Ritratti:

Facebook / Davinia Sammut Hili

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI