“Awguri F’Għeluq Snin L-Aqwa Omm. Grazzi Tal-Imħabba Bla Qies Tiegħek” – Sven Fabri Lil Ommu Shasha

Shasha Fabri llum qed tiċċelebra jum għeluq sninha. Binha Sven Fabri, magħruf għall-parteċipazzjoni tiegħu fuq Love Island, awguralha mill-qalb f’din il-ġurnata speċjali permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tiegħu.

Hu kitbilha, “Awguri f’għeluq snin l-aqwa omm. Grazzi tal-imħabba bla qies tiegħek. Jien veru grat għal kull m’għamilt għalija u s-sagrifiċċji kollha li għamilt matul is-snin. Nittama li llum iġiblek imqar farka mill-ferħ li int tajt lil dawk ta’ madwarek.”

Żied jgħid, “Nixtieqlek sena mimlija saħħa, daħk, imħabba, u memorji mill-isbaħ. Jistħoqqlok biss l-aħjar. Awguri f’għeluq sninek ma. Inħobbok iżjed milli l-kliem jistgħu jesprimu.”

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlha mill-qalb f’din il-ġurnata speċjali!

Ritratti:

Facebook / Sven Fabri u Shasha Fabri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI