Ċelebrazzjoni Doppja Fil-Fgura: 40 Sena Ta’ Storja U Tradizzjoni

Ir-raħal tal-Fgura bħalissa jinsab fiċ-ċentru ta’ festi kbar, hekk kif qed jiġu ċċelebrati żewġ anniversarji kruċjali li biddlu l-festa tal-Madonna tal-Karmnu għal dejjem. Kif fakkar il-kunsillier lokali Mark Lombardo f’post li tefa’ fuq il-midja soċjali, nhar l-4 ta’ Lulju 1986—eżattament 40 sena ilu—kienet ġurnata storika li mmarkat il-bidu ta’ tradizzjonijiet li għadhom b’saħħithom sal-lum.

L-ewwel tragward kien l-inawgurazzjoni tal-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu, magħrufa bħala tal-Marċ tal-Ġimgħa. Din l-opra hija xogħol l-istatwarju u resident tal-Fgura stess, il-Kav. Alfred Camilleri Cauchi, li b'ġenerożità kien għamilha rigal lill-Parroċċa.

Fl-istess jum storiku, ġiet inawgurata uffiċjalment il-Banda tal-Fgura. Wara li l-Kappillan Patri Guido Micallef bierek l-istrumenti, il-banda daqqet għall-ewwel darba f’marċ brijuż minn Triq il-Karmelitani, fejn akkumpanjat l-istatwa l-ġdida.

Din il-memorja sabiħa qed tiġi ċċelebrata f’mument speċjali ħafna, hekk kif il-ġimgħa ddieħla l-Fgura se tkun qed tiċċelebra l-ġimgħa tal-festa titulari tagħha, fejn id-dilettanti huma lennes biex jerġgħu jgħixu dan il-briju b’entużjażmu kbir.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI