Il-qarrejja tal-aħbarijiet lokali Francesca Attard użat il-midja soċjali biex taqsam messaġġ mill-isbaħ u mimli emozzjoni ddedikat lill-għarus tagħha, Keane Cutajar, f’jum għeluq sninu. Francesca ddeskrivietu bħala l-bniedem li qatt ma tieqaf tirringrazzja lil Alla għalih, filwaqt li stqarret li l-għażla li tħobb lil Keane kienet l-aktar deċiżjoni faċli li qatt ħadet f'ħajjitha.
Fil-messaġġ tagħha, hija esprimiet l-ammirazzjoni kbira li għandha lejh, speċjalment għall-valuri, il-qalb tajba, il-qawwa tiegħu, u l-mod speċjali ta’ kif iħobb lil familtu, lil ħbiebu, u lilha. Francesca żiedet tgħid kemm tħossha kburija li qed tarah jikber u jiżviluppa fir-raġel li hu llum.
B'ħarsa eċċitanti lejn il-futur u l-pass li jmiss fir-relazzjoni tagħhom, hija stqarret li ma tistax tistenna biex tiżżewġu u li tħossha ferħana seba' smewwiet li se tkun qed timxi maġenbu għall-bqija ta’ ħajjitha.