“Wieħed Miċ-Ċittadini Rringrazzja Lil CO 864 Wara Li Sab U Rritornalu Kartiera Li Kienet Intilfet” – LESA

Il-paġna uffiċjali tal-LESA kitbet messaġġ fejn esprimiet kemm tapprezza l-kummenti pożittivi taċ-ċittadini li jfaħħru lill-community officers.

Kitbu, “L-akbar premju tagħna huwa l-fiduċja tal-komunità. Irċevejna diversi messaġġi ta' apprezzament dwar il-ħidma tal-Community Officer 864. Wieħed miċ-ċittadini rringrazzja lil CO 864 wara li sab u rritornalu kartiera li kienet intilfet, filwaqt li qal: ‘Grazzi mill-qalb, ġest apprezzat immens.’ Ċittadin ieħor faħħru bħala ‘uffiċjal ta' veru li jagħmel xogħlu b'dedikazzjoni kbira’, u rrakkonta kif, wara li ħabat u ntilef minn sensih, CO 864 kien l-ewwel persuna li waqfet biex toffrilu l-għajnuna.”

Żiedu jgħidu, “Messaġġi bħal dawn huma xhieda tal-impenn, l-onestà u l-professjonalità li l-Community Officers tagħna juru kuljum fil-qadi ta' dmirijiethom. Prosit CO 864, u grazzi talli tkompli tirrappreżenta l-valuri ta' LESA b'eċċellenza.”

Napprezzaw il-ħidma tagħhom!

Ritratti:

Facebook / LESA

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI