“Temperatura Fuq Malta Din Il-Ġimgħa Mhix Mistennija Taqbeż It-33°C Però Ser Jinħass Temp Sħun Ħafna” – Aġġornament Tat-Temp

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Aġġornament tat-Temp qasmu mas-segwaċi ftit informazzjoni minn dak li għandna nistennew mit-temp fil-jiem li ġejjin kif ukoll qasmu l-previżjoni tat-temp għal din il-ġimgħa.

Bdew billi qalu, “Lulju ġà għadna 4 minnu u minn għada l-Ħadd 5 ta' Lulju kif tajjeb bassarna nhar it-Tnejn li għadda, anti ċiklun Afrikan ser jerga jiddomina kemm iċ-ċentru tal-Mediterran kif ukoll l-Ewropa, b'temperaturi għoljin jibdew minn Franza għax proprja dan ser jitla' minn fuq il-Marokk u jibda miexi bil-mod fl-Ewropa kollha. Temperatura fuq Malta din il-ġimgħa mhix mistennija taqbeż it-33°C però ser jinħass temp sħun ħafna. Kif kien imbassar tajjeb minn din il- paġna, ebda Xita ma messet il- gżejjer Maltin kemm ilbieraħ kif ukoll illum.”

Żiedu, “It-Tnejn 6 ta' Lulju xemxi b'riħ ilbic forza 3. Temperatura l-ogħla tmiss il-31°C u l-inqas l-24°C. It-Tlieta 7 ta' Lulju xemxi b'riħ punent forza 3. Temperatura l-ogħla tmiss 32°C u l-inqas 23°C l-Erbgħa 8 ta' Lulju xemxi b'riħ ħafif punent majjistru forza 3. Temperatura l-ogħla tmiss 32°C u l-inqas 24°C. Il-Ħamis 9 ta' Lulju xemxi b'riħ ilbic forza 3. Temperatura l-ogħla tmiss 33°C u l-inqas 24°C.”

Qalu wkoll, “Ġimgħa 10 ta' Lulju xemxi b'riħ punent ilbic forza 2. Temperatura l-ogħla tmiss 31°C u l- inqas 24°C. Is-Sibt 11 ta' Lulju xemxi b'riħ ilbic għax xlokk forza 2. Temperatura l-ogħla tmiss 33°C u l-inqas 24°C. Il-Ħadd 12 ta' Lulju xemxi b'riħ ilbic li jdur majjistral forza 2 għal 3. Temperatura l-ogħla tmiss 33°C u l-inqas 24°C.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI