Bil-Filmat: “Urieni Kemm Jistħoqqli Ħajja Mimlija Mħabba, Rispett, Paċi U Għaqda” – Sarah Bajada

Alex u Sarah

Sarah Bajada qasmet messaġġ mill-qalb fuq il-midja soċjali flimkien ma' filmat li juri lill-imħabba ta' ħajjitha, il-Kap tal-Oppożizzjoni, Alex Borg, iqatta' ħinu ma' binha fil-pixxina.

Fil-messaġġ tagħha, Sarah kitbet li darba kienet tassew temmen li l-ħajja li dejjem ħolmet biha kienet diffiċli wisq biex issir realtà. Madankollu, spjegat li meta ltaqgħet ma' persuna li ma ppruvatx tbiddilha iżda aċċettatha kif inhi, sabet imħabba, rispett, paċi u sħubija vera.

Hija qalet li din ir-relazzjoni għenitha tirrealizza li jistħoqqilha ħajja mimlija mħabba u stqarret li xi kultant l-isbaħ kapitli tal-ħajja jispiċċaw ikunu saħansitra aħjar milli wieħed qatt seta' jimmaġina.

"Xi drabi, l-isbaħ kapitli jirriżultaw aħjar milli qatt tista’ timmaġina," kitbet Sarah. Il-messaġġ ta' Sarah kien milqugħ b'reazzjonijiet pożittivi minn bosta segwaċi, li faħħru s-sinċerità tagħha u l-kliem ġenwin. Apparti minn hekk qablu ma' dak li kitbet.

X'hemm isbaħ mill-għaqda u l-imħabba vera!

Ritratti:

Facebook/ Sarah Bajada

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI