“Qalb Tajba Qatt Ma Tinbidel” – Ackerley Pace Ifaħħar Lil Miriana Conte

L-azzjonijiet ta’ Miriana Conte barra mill-palk qed jiġbdu l-ammirazzjoni ta’ ħafna, hekk kif Ackerley Pace qasam messaġġ emozzjonanti dwar il-ġest sabiħ li għamlet il-kantanta.

Pace kiteb li ħafna jistgħu jiġġudikaw lil Miriana minn dak li jaraw waqt il-wirjiet mużikali tagħha, iżda sostna li qatt m’għandhom jiġġudikaw ruħha jew il-qalb tagħha. Skontu, għall-ħabta tat-3.00 ta’ filgħodu, Miriana waqfet biex issalva qattusa ċkejkna li kienet f’diffikultà, minflok għaddiet minn ħdejha u ħallietha hemm.

Huwa żied li l-impenn tagħha ma waqafx hemm. Il-ġimgħa li għaddiet ħadet il-qattusa għand il-veterinarju u ġimgħa wara reġgħet ħaditha għal check-up ieħor biex tiżgura ruħha li kienet f’saħħitha u qed tieħu l-kura meħtieġa.

Fi tmiem il-messaġġ tiegħu, Pace faħħar lil Miriana għall-ġest tagħha filwaqt li kiteb: "Prosit, Miriana Conte. Qalb tajba qatt ma tinbidel."

Ritratti:

Fb/ Ackerley Pace

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI