Fuq il-paġna Parroċċa San Sebastjan ferħu lil Dun Joseph Buhagiar, li għalaq 32 sena minn meta beda l-vjaġġ saċerdotali tiegħu.
"Il-Parroċċa tifraħ u tawgura lil Dun Joseph Buhagiar, is-sitt Kappillan tal-Parroċċa tagħna (2008-2018), li għada jiċċelebra t-32 anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu."
Il-Parroċċa tkompli, "Filwaqt li nifirħu miegħu għad-don tas-saċerdozju, inkomplu nżommuh fit-talb tagħna biex il-Mulej jieqaf miegħu ħalli jkompli jaqdi l-Knisja fil-ministeru tiegħu. Nitolbu wkoll biex mill-Parroċċa tagħna jkomplu jitwieldu aktar vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi. Ad Multos Annos!"
Awguri!