Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma bħalissa qed twettaq proġett ta’ restawr b’investiment ta’ €40,000 fuq l-istruttura prinċipali tat-taraġ fil-ġibjun ta’ Ħal Luqa.
Ix-xogħlijiet jinkludu tiswijiet fil-konkos, sostituzzjoni ta’ ġebel, rikostruzzjoni ta’ partijiet strutturali ddeterjorati, repointing u xogħlijiet oħra ta’ konservazzjoni sabiex jiġu restawrati l-integrità strutturali, is-sigurtà u d-dehra ta’ din l-istruttura storika.
Dan il-proġett jifforma parti mill-programm kontinwu ta’ rinovar tal-Korporazzjoni fuq diversi siti ta’ ġibjuni madwar Malta u Għawdex.