Ftit jiem ilu l-preżentatriċi Angela Agius ħabbret it-tmiem tal-karriera tagħha wara iżjed minn 48 sena tippreżenta taħlita ta' programmi differenti fuq it-televixin kif ukoll fuq ir-radju Malti. It-tmiem tal-karriera tagħha fisser ukoll li hi mhijiex se tibqa' l-wiċċ tal-programm Niskata kif dejjem kienet matul dawn l-aħħar 17-il sena.
Illejla, sabiex proprju tiċċelebra dan il-mument speċjali f'ħajjitha, hi ngħatat sorpriża b'festin mill-isbaħ organizzat minn bintha l-attriċi bravissima Lara Azzopardi u għadd ta' personalitajiet oħrajn li matul il-karriera tagħha, hi kellha l-opportunità taħdem magħhom.
Lara fuq il-midja soċjali fissret kif dan il-festin iċċelebra mhux biss il-karriera ta' 48 sena li ommha kellha fejn fiha rat id-dinja tal-ispettaklu tinbidel ta' taħt fuq, iżda wkoll "il-mara straordinarja u maħbuba minn ħafna li hemm" wara tant programmi li ttellgħu tul is-snin.
Nawguraw lill-preżentatriċi Angela Agius kull saħħa u hena fil-futur.
Facebook / Lara Azzopardi