Il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg illum qed jiċċelebra għeluq sninu, u fost il-ħafna messaġġi ta’ awguri li rċieva kien hemm wieħed partikolarment emozzjonanti mingħand is-sieħba tiegħu, Sarah Bajada. F’messaġġ mimli mħabba u apprezzament, Sarah iddeskriviet lil Alex bħala raġel li l-akbar saħħa tiegħu mhijiex id-diskorsi jew id-deċiżjonijiet li jieħu fil-ħajja pubblika, iżda l-karattru tiegħu.
Hi kitbet li filwaqt li ħafna nies jaraw id-determinazzjoni u t-tmexxija tiegħu, dawk li jafuh tassew jafu wkoll il-qalb kbira li għandu. Sarah sostniet li Alex għandu l-ħila jagħmel lin-nies iħossuhom mismugħa, apprezzati u protetti, filwaqt li jġorr responsabbiltajiet kbar mingħajr qatt ma jfittex rikonoxximent.
Skont hi, Alex jagħti l-ħin, l-enerġija u qalbu biex jgħin lill-oħrajn, anke jekk ħafna drabi dawn ma jirrealizzawx kemm ikun issagrifika għalihom. Żiedet li, aktar minn kull ħaġa oħra, huwa jagħti eżempju pożittiv lil dawk ta’ madwaru. Sarah għamlet ukoll referenza għar-relazzjoni ta’ Alex ma’ Sam, fejn qalet li l-imħabba, il-paċenzja u l-ġentilezza li jurih kuljum huma eżempju ta’ x’inhi tmexxija vera. Hija sostniet li Alex jgħallmu mhux biss bil-kliem, iżda bl-azzjonijiet tiegħu, xi jfisser li tkun raġel tajjeb.
Fi tmiem il-messaġġ tagħha, Sarah awgurat lil Alex sena mimlija saħħa, għerf u paċi, filwaqt li qalet li tittama li jibqa’ jkun il-persuna li n-nies jistgħu jserrħu fuqha, il-mexxej li jafdaw u r-raġel li hi u Sam huma kburin li għandhom maġenbhom. Il-messaġġ tagħha ntlaqa’ b’ħafna kummenti ta’ awguri u tifħir, b’bosta jfaħħru kemm kien sinċier u mimli emozzjoni.
Awguri Alex! Nawgurawlek sena mimlija saħħa, hena u paċi!
Facebook / Alex Borg