“Grazzi Ilkoll Tax-Xewqat Sbieħ Tagħkom F’Għeluq Snini. 51 Sena Issa.” – L-Attur Malcolm Ellul

Malcolm Ellul

Ilbieraħ iċċelebra għeluq sninu l-attur lokali Malcolm Ellul. Hu twieled fil-11 ta' Lulju tal-1975. Malcolm huwa magħruf għal bosta karattri li interpreta tul il-karriera tiegħu.

Fost il-produzzjonijiet li kien parti minnhom hemm Solitaire (2005), Tgħanniqa (2007), Kristu Tal-Kerrejja (2008), Miriana Coljero` (2008), Dejjem Tiegħek Becky (2008), FIVE06 (2009), L-Evanġelisti (2009/10), F’Salib it-Toroq (2009/10/11), Deċeduti (2011), La Famiglia (2011), Atlantis (2012), Eklissi (2012), Klassi Ghalina (2013), Prima Facie (2013), Katrina (2013), Luna (2022) u oħrajn.

Barra minn hekk, huwa miżżewweġ lill-attriċi wkoll magħrufa Elizabeth Ellul Hawes, li tagħlaq sninha propju llum, 12 ta' Lulju. Flimkien huma l-ġeniturii ta’ tlett itfal, Kim, Nathan u Liam.

Lura fl-2016, Malcolm rebaħ il-premju għall-aqwa attur ewlieni f’festival tal-films fil-Polonja, għall-irwol li ħadem fil-film qasir The Maltese Fighter.

Nawguraw lil Malcolm għal iktar snin ta' saħħa, hena, suċċessi fil-karriera tiegħu u ħafna affarijiet sbieħ!

Ritratti:

Facebook/ Malcolm Ellul

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI