“Twissija: Qed Isiru Telefonati Minn Scammers Li Qegħdin Jippretendu Li Huma Aħna” – BOV

scam

Fuq il-paġna uffiċjali tal-BOV ġiet ippubblikata twissija rigward scam li għaddejja, u li biha qed jippruvaw jingannaw lill-utenti.

"Twissija: Qed isiru telefonati minn scammers li qegħdin jippretendu li huma aħna. L-iscammers jippruvaw jikkonvinċuk li l-kont tiegħek ġie kompromess jew li kien hemm tentattivi ta' ħlasijiet suspettużi, u jitolbuk aċċess għall-kompjuter jew mobile tiegħek."

Huma jkomplu, "Ftakar: Aħna qatt ma nitolbuk il-passwords, il-PIN, il-kodiċijiet tas-sigurtà jew aċċess għall-kompjuter jew mobile tiegħek. Jekk għandek xi dubju, aqta' t-telefonata u kkuntattjana dirett fuq 2131 2020 jew fuq is-socials uffiċjali tagħna."

Attenti!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI