Il-Membru Parlamentari Jerome Caruana Cilia qasam mument speċjali mal-eluf ta' segwaċi tiegħu hekk kif awgura lill-ġenituri tiegħu fl-okkażjoni tal-40 anniversarju taż-żwieġ tagħhom.
F'post qasir iżda mimli mħabba, Jerome kiteb, "L-isbaħ awguri lill-ġenituri mill-aqwa tiegħi fl-40 anniversarju taż-żwieġ tagħhom Awguri mill-qalb." Il-messaġġ kien akkumpanjat minn ritratt tal-ġenituri tiegħu, filwaqt li diversi persuni ngħaqdu miegħu fil-kummenti biex jawgurawlhom aktar snin ta' saħħa, mħabba u hena flimkien.
Aħna wkoll ningħaqdu mal-awguri u nawguraw lill-koppja ħafna aktar snin sbieħ mimlijin mumenti ta' ferħ u għaqda.