“Kull Fenek F’Dawn Ir-Ritratti Għandu Ħaġa Waħda Komuni, Lanqas Applikazzjoni Waħda” – Sunshine Animal Sanctuary

Sunshine Animal Sanctuary qed jappellaw biex tinstab dar għal dawn il-fniek innoċenti li qed jistennew familja.

Kitbu, “Qatt ma stennejna li s-sajf ikun daqshekk kwiet. Waqt li n-nies qegħdin fuq vaganza, il-fniek tagħna għadhom hawn, jistennew. Fniek ġodda jibqgħu ġejjin u m’għandhomx post addattat biex jiġru. Kull fenek f’dawn ir-ritratti għandu ħaġa waħda komuni, lanqas applikazzjoni waħda. L-ebda ċans biex juru lil xi ħadd kemm huma tal-ġenn.”

Żiedu jgħidu, “Tinqasmilna qalbna għax ma jifhmux għalxiex qed jistennew. Jekk qatt ikkunsidrajtu taddottaw, ikkunsidraw lil xi ħadd minnhom. Jekk ma tistgħu taddottaw, xorta tistgħu tagħmlu differenza kbira billi xxerrdu dan il-messaġġ!”

Ejjew ngħinu lil dawn il-kreaturi ħelwin! Kulħadd jistħoqqlu familja!

Ritratti:

Facebook / Sunshine Animal Sanctuary Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI