“Att Żgħir Ta’ Ġenerożità Jista’ Jdawwal Ġurnata Sħiħa” – Guilherme’s Journey Of Hope

Fuq il-paġna ‘Guilherme’s Journey of Hope’, iċ-ċkejken Guilherme bi kburija juri stiker li rċieva mingħand tifla fl-isptar.

Hu spjega, “Din l-isticker tathieli tifla żgħira l-isptar. Kemm hawn nies b’qalbhom tad-deheb. Att żgħir ta’ ġenerożità jista’ jdawwal ġurnata sħiħa. Grazzi mill-qalb.”

Azzjonijiet sempliċi bħal dawn juruna li fil-qlub tat-tfal żgħar, hemm biss imħabba u innoċenza. Iġiegħluna napprezzaw ukoll kemm bi ħsieb żgħir nistgħu nbiddlu l-ġurnata ta’ xi ħadd ta’ taħt fuq. M’għandniex dubju li vista l-isptar mhux dejjem tkun ġurnata faċli, iżda l-stiker ħelwa ta’ din it-tifla ferrħet lil Guilherme’s u sebbħitlu l-ġurnata tiegħu.

Għandna nitgħallmu mit-tfal u nippruvaw inkunu bħalhom f’dawn l-affarijiet!

Ritratti:

Facebook / Guilherme’s Journey of Hope

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI