Id-Dipartiment tal-Informazzjoni kitbu fuq il-paġna uffiċjali tagħhom xi fatti interessanti dwar l-iktar għasfur komuni fil-Gżejjer Maltin, l-Għasfur tal-Bejt. Minkejja li l-preżenta tiegħu nistgħu ninnutawha kullimkien, bosta Maltin ftit li xejn jafuhom dawn il-fatti.
Id-dipartiment spjegaw, “L-Għasfur tal-Bejt huwa l-aktar għasfur komuni fil-Gżejjer Maltin. Wieħed jista’ jsibu kemm f'ambjent rurali kif ukoll urban. L-età massima rreġistrata tal-Għasfur tal-Bejt hija ta' 11-il sena. L-Għasfur tal-Bejt fih madwar 15–16 ċm tul u jiżen bejn 26 – 36g. Il-mara hija eħfef mir-raġel u tiżen bejn wieħed u ieħor minn 20 sa 30g. Il-bejta tagħhom jibnuha f'ventilaturi, f'ħitan tas-sejjieħ u toqob oħra fil-ħitan, fl-irdum u fis-siġar.”
Kontu tafuhom intom dawn il-fatti?
Facebook / Dipartiment tal-Informazzjoni