Tagħlaq Sninha L-Personalità Maħbuba Karmen Tedesco – Nawgurawlha Mill-Qalb!

Karmen Tedesco

Illum tagħlaq sninha Karmen Tedesco, personalità magħrufa u maħbuba immens, li min jaf kemm urietna riċetti ġodda.

Karmen kienet studjat u gradwat b'Diploma fil-Home Economics, suġġett li bla dubju sewa ħafna għaliha u għall-karriera tagħha fit-tisjir.

Lil Karmen rajnieha f'diversi programmi fuq ir-radju fosthom RTK kif ukoll waqt programmi televiżivi fuq TVM, ONE, NET, u anke Education 22. Riċentament rajnieha anke f'diversi intervisti  fejn tagħti ħafna informazzjoni dwar ikel ,tisjir u l-kċina inġenerali.

Weħed mill-programmi li ħafna segwewha għal snin sħaħ fuqu huwa F Living Show, preżentat minn Karl Bonaci. Hi awtriċi ta' diversi kotba tat-tisjir fosthom Insajru ma’ Karmen.

Awguri mill-qalb Karmen!

Ritratti:

Facebook/ Karmen Tedesco

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI