Is-sajf Malti huwa magħruf għax-xemx kiefra u s-sħana li tatagħlek nifsek. Il-paġna lokali ‘Aġġornament tat-temp’, wissiet li minn għada, is-sħana se tkompli tiżdied.
Fuq il-paġna kitbu, “Ftakru li minn għada tikkarga aktar is-sħana. Temp xemxi bl-għola temperatura tmiss 35°C u tinħass 37°C, l-inqas 25°C. Riħ ilbiċ forza 4 kultant imiss forza 5 sħun. Uv index 10. Ħudu ħsieb.”
Importanti li f’dawn il-jiem ta’ sħana qawwija niftakru nixorbu biżżejjed ilma, u nipproteġu lilna nfusna permezz ta’ kpiepel u krema ta’ kontra x-xemx meta noħorġu mid-dar.
Nirringrazzjawhom għal dan l-avviż. Intom tħobbuha s-sħana tas-sajf jew tippreferu x-xitwa Maltija?
Facebook / Aġġornament Tat-Temp