L-istorja Maltija hi mżewqa b’talenti ta’ kull tip, fost dawn hemm l-istrongmen li jagħmlu mossi li ftit li xejn wieħed jimmaġina huma possibbli. Ninu Farrugia, magħruf bħala Tony Strongman, qasam fuq il-paġna tiegħu xi ftit ritratti tal-istrongman leġġendarju Malti Joe Falzon.
Hu spjega, “Grazzi ħafna lil Austin Grech li bagħtli dawn ir-ritratti tal-leġġendarju strongman Malti Joe Falzon. Dawn ir-ritratti kienu ta’ Joe Magro, il-fundatur taż-ZPCC (Żabbar Physical Cultural Center), fejn kien jitħarreġ Joe Falzon. Fir-ritratti nistgħu naraw lil Joe u lit-tim tiegħu jwettqu eżerċizzji magħrufa bħala acrobatic-balancing fl-Empire Stadium tal-Gżira.”
Fost dawn ir-ritratti nistgħu naraw mossi li jirrikjedu saħħa u bilanċ enormi, iżda Joe Falzon kellu talent biżżejjed li flimkien mat-tim tiegħu, kien jagħmilhom jidhru ħfief.
Hi tassew interessanti li nitgħallmu dwar l-istorja ta’ pajjiżna, u dwar il-Maltin li għexu fiha.
Facebook / Ninu Farrugia