Ilbieraħ iċċelebra għeluq sninu l-personalità karismatika ta’ Big Brother Malta, Marvic Camilleri. Rajnieh ukoll jieħu sehem f'Come Dine With Me Malta u kien il-mistieden tagħna fuq il-Podcast ta' Gwida, Kellymni.
Maż-żmien beda wkoll avventura ġdida u interessanti ma’ Josline fil-programm televiżiv Qabża! fuq NET TV, fejn l-enerġija bejniethom toħroġ b'mod ċar.
Marvic xtaq jesprimi ringrazzjament lejn dawk kollha li bagħtulu xewqat sbieħ kif ukoll qasam kif qasam il-ġurnata speċjali tiegħu.
"Grazzi tal-awguri f'għeluq snini, it-telefonati, il-messaġġi u dawk li kienu hemm. Xejn ma jegħleb is-sensazzjoni ta’ għawma fi nżul ix-xemx f’Lulju, meta l-ilma jkun iktar sħun mill-arja."
Awguri mill-ġdid Marvic!