Il-Fondazzjoni għal Servizzi Soċjali ħeġġet lill-pubbliku sabiex tirrispettiva l-privatezza tal-familji taż-żewġ vittmi li lbieraħ filgħaxija tilfu ħajjithom fit-traġedja li seħħet f'Wied il-Għajn.
Huma kitbu fuq il-midja soċjali wara li fis-sigħat riċenti ġie żvelat li t-tieni vittma ta' din it-traġedja kienet proprju Jessica Camilleri - mara ta' 41 sena li bħala social worker iddedikat ħajjitha sabiex tgħin kemm tista' persuni jaffaċjaw id-diffikultajiet tagħhom. L-istess traġedja sfortunatament serqet ukoll il-ħajja tad-DJ Ryan Spiteri.
Fil-messaġġ li kitbet fuq il-midja soċjali, il-Fondazzjoni ddeskriviet lil Jessica bħala "kollega stmata, persuna ġentili u dedikata".
Jistrieħu fis-sliem.
Facebook / Foundation for Social Welfare Services