Franza hu l-ewwel pajjiż fl-istorja li bil-għan li jnaqqas il-ħela tal-ikel, daħħal liġi li tobbliga lis-supermarkets sabiex jagħtu b'donazzjoni l-prodotti tal-ikel li ma jbiegħux, minflok jarmuhom.
Huma daħlu din il-liġi madwar għaxar snin ilu, proprju fl-2016. Minn dakinhar 'l hawn, għadd ta' pajjiżi oħrajn fosthom l-Italja, iċ-Ċeka Repubblika kif ukoll Spanja, mexew fuq l-istess passi u daħħlu fis-seħħ liġijiet simili.
Hu stmat skont l-istatistika li l-prodotti tal-ikel li jinħlew madwar id-dinja jammontaw għal madwar €871 biljun ta' kull sena, u kieku ma jinħlewx jistgħu jitimgħu madwar biljun persuna kuljum.
Pexels