“Bħala Kunsill Wegħedna Li Dejjem Nagħtu Prijorità Lir-Residenti, U Dik Il-Wegħda Qed Inżommuha Permezz Tal-Ħidma Tagħna” – Jordan Galea Pace B’Messaġġ Dwar Il-Bidla Li Seħħet F’Raħlu

Is-Sindku tas-Swieqi ħabbar li għall-ewwel darba f'xahrejn ma wasal l-ebda rapport jew ilment relatat mal-inkonvenjenzi fil-lokalità, u ddeskriva dan bħala sinjal ċar li l-isforzi konġunti qed jagħtu l-frott.

Huwa qal li din il-bidla seħħet għax il-vuċi tal-Kunsilli Lokali fl-aħħar instemgħet. Spjega li wara snin ta’ pressjoni u talbiet kontinwi, ittieħdu passi konkreti li qed jagħmlu differenza fil-kwalità tal-ħajja tar-residenti.

Is-Sindku saħaq li meta l-kunsill, ir-residenti u l-awtoritajiet jaħdmu flimkien, ikun possibbli li tinkiseb bidla reali u pożittiva. Żied li l-kontabbiltà se tkun essenzjali biex dawn ir-riżultati ma jkunux biss temporanji, iżda jibqgħu fis-seħħ fit-tul.

Huwa rringrazzja lill-Korp tal-Pulizija għall-ħidma kontinwa tiegħu, kif ukoll lill-uffiċjali tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għall-ispezzjonijiet li qed iwettqu fuq proprjetajiet ta’ kiri għal żmien qasir biex jiżguraw li qed joperaw skont il-liġi.

Fl-aħħar nett, tenna li l-Kunsill Lokali wiegħed li jqiegħed lir-residenti l-ewwel, u sostna li din il-wegħda qed titwettaq b’azzjonijiet konkreti.

Ritratti:

Facebook/Jordan Galea Pace

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI