Mariella Mizzi Tawgura L-Isbaħ Xewqat Lill-Kantant Neville Refalo F’Għeluq Sninu 

Illum Mariella Mizzi sellmet lill-kantant Neville Refalo f’għeluq sninu permezz ta’ messaġġ mill-qalb li tellgħet fuq il-midja soċjali.

Hija kitbet “Awguri mill-qalb f’għeluq sninek, għażiż Neville. Għal aktar snin ta’ mħabba, saħħa, suċċessi u serenità. Inħobbuk x.” 

Il-messaġġ intlaħaq minn diversi segwaċi li kkumentaw l-awguri tagħhom lil Neville f’dan il-jum speċjali.

Min-naħa tagħna nawguraw ukoll lil Neville Refalo l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu, mimlija b’aktar saħħa, ferħ, paċi u suċċess.

Ritratti:

Fb/ Mariella Mizzi Attard

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI