Jidher li f’dawn l-aħħar jiem kellna ġimgħha b’temperatura għolja u dan jixhed fl-ammont li żdied ta’ nies li qed imorru l-baħar.
Din fil-fatt kienet “l-aktar ġimgħa SĦUNA tas-sena sa issa f’Malta bit-temperaturi jinħassu SĦAN sa 39°C”. Għada it-temperatura hi mbassra li tinżel iżda t-temp ser jibqa’ sħun waqt li tinħass sa 35°C u tinħass tinżel sa 21°C.
Għalmenu jidher li r-riħ mhux se jkun wieħed qawwi, u ser jibqa’ pjuttost kalm. Għal min qed jitħajjat imur jgħum il-baħar jidher li ser ikun f’kundizzjoni tajba.