Il-komunità tal-Kunvent Santa Tereza f’Bormla llum ingħaqdet biex tiċċelebra għeluq snin P. Yonis ta’ Sant’Antnin ta’ Padova, reliġjuż li fl-aħħar xhur sar wiċċ familjari għal ħafna mill-fidili li jattendu l-knisja.
P. Yonis huwa mill-Indonisja u bħalissa qed jagħti s-sehem tiegħu fil-ħajja pastorali tal-komunità. Kull nhar ta’ Ħadd, huwa jqaddes il-Quddiesa bl-Ingliż fl-10.15 ta' filgħodu, servizz li jilqa’ kemm lill-komunità lokali kif ukoll lill-barranin li jattendu regolarment.
Bħalissa, P. Yonis qed jitgħallem ukoll il-lingwa Maltija sabiex ikun jista’ jkompli jintegra ruħu fil-komunità.
Awguri P. Yonis!