Tissemma L-Possibbiltà Li Nhar It-Tnejn Li Ġej Ikollna Xi Ħalbiet Tax-Xita

Wara mewġa ta' sħana li kisret rekord wara l-ieħor u ħalliet lill-gżejjer Maltin bla nifs, issa l-bassara tat-temp qed jantiċipaw li filwaqt li s-sħana se tkun qiegħda tippersisti, it-temperatura se tkun waħda ferm iżjed moderata.

Il-paġna lokali Malta Storms semmiet ukoll il-possibbiltà li nhar it-Tnejn li ġej pajjiżna jintlaqat minn xi ħalbiet tax-xita.

Sadanittant, it-temperatura bħalissa f'pajjiżna qed tinħass madwar 36°C.

Ritratti:

Facebook / Malta Weather

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI