“Possibbilità Li Naraw L-Ewwel Maltemp Sajfi Fil-Viċin?  Hekk Jidher Għax Maltempata Ser Tinħoloq Fuq Sqallija” – Aġġornament Tat-Temp

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Aġġornament tat-Temp qalu li hemm possibilita ta’ maltempata li jaf tmiss lil Malta, hekk kif jidher li maltempata ser tinħoloq fuq Sqallija.

Huma qalu, “Possibbilità li naraw l-ewwel Maltemp sajfi fil-viċin?  Hekk jidher għax maltempata ser tinħoloq fuq Sqallija u din ser tkun ferm viċin tagħna. Dan ser iseħħ bejn nhar it-Tlieta li ġej u nhar l-Erbgħa. Sissa l-indikazzjoni hi biss li ser tkun ferm viċin tagħna ... Però irridu naraw din tistax tolqotna u għadu kmieni biex ikollna ċertezza. L-indikazzjoni tibqa’ li x aktarx ma tmissniex.”

Min-naħħa l-oħra, l-paġna t-Temp Madwarna qalu, "Nixtiequ nserrħu ras kulħadd li matul il-ġimgħa d-dieħla la gejja mewġa oħra ta’ sħana u wisq inqas maltemp bir-ragħad. Se jkollna biss ftit sħab għoli u riħ isfel, b’temperaturi viċin il-medja ta’ tmiem Lulju."

Nistennew u naraw!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI