Dak li ġara dalgħodu fil-konfront ta’ żewġ pulizija li ntlaqtu minn tiri waqt il-qadi ta’ dmirhom huwa inaċċettabli. Ħadd m’għandu jmur għax-xogħol bil-biża’ li ma jirritornax id-dar. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Puttinu Cares qasmu messaġġ rigward dan.
Huma qalu, “Nitolbu ghal PC Johann Vella u Omar Sharif. Nirringrazzjaw lill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta għall-missjoni importanti li għadhom kif wettqu, filwaqt li nuru s-solidarjetà tagħna mal-pulizija li ndarbu waqt din l-operazzjoni. Ħadd m’għandu jweġġa’ waqt li jkun qed iwettaq dmiru b’dedikazzjoni, serjetà u professjonalità.”
Nittamaw li jiksbu lura saħħithom malajr.