Il-Protezzjoni Ċivili Tesprimi S-Solidarjetà Tagħha Mal-Pulizija Wara l-Inċident Tal-Bieraħ

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (CPD) esprima s-solidarjetà tiegħu mal-kollegi fi ħdan il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta wara l-inċident serju li seħħ ilbieraħ filgħodu, li fih indarbu żewġ uffiċjali tal-pulizija waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.

Fi stqarrija fuq il-midja soċjali, is-CPD qal li ħsibijietu huma b’mod partikolari mal-uffiċjal li għadu jinsab f’kundizzjoni serja ħafna, kif ukoll mal-familja, il-kollegi u l-għeżież tiegħu f’dan il-mument diffiċli. Awgura wkoll fejqan ta’ malajr lill-uffiċjal l-ieħor li weġġa’ fl-istess inċident.

Id-Dipartiment sostna li dan l-inċident ifakkar fir-riskji kbar li jaffaċċjaw kuljum dawk li jqiegħdu ħajjithom fil-periklu biex jipproteġu lill-oħrajn.

"Minn servizz uniformat għal ieħor, aħna magħkom," temm jgħid il-messaġġ tas-CPD.

Ritratti:

Fb/ Civil protection Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI