“Żewġ Żwiġijiet Li Fallew, Telfa Ta’ Tarbija U Sens Ta’ Nuqqas Ta’ Valur” – Melanie Kelly Tiftaħ Qalbha Fuq Il-Midja Soċjali Dwar Dak Li Għaddiet Minnu

Melanie Kelly qasmet fuq il-midja soċjali, vidjo b'messaġġ emozzjonanti, hekk kif fetħet qalbha dwar il-ġlidiet personali li ħalliet warajha tul is-snin.

Fil-vidjo, hija qalet li xi drabi f’widnejha għadhom jidwu l-vuċijiet tal-passat: “Żewġ żwiġijiet li fallew, diversi relazzjonijiet, nagħmel kollox waħdi, it-telfa ta’ tarbija, sentimenti ta’ nuqqas ta’ valur u li qatt ma nħossni biżżejjed.”

Melanie spjegat li dawn huma l-weġgħat tat-“tifla feruta” li għadha ġo fiha, dik il-parti tagħha li xtaqet tkun osservata, mifhuma u mfejqa. Minkejja dan kollu, hija ddeċidiet li tagħti spazju lil dik il-parti tagħha biex tiżfen.

“Mhux għax kollox ġie solvut,” kitbet, “imma għax minkejja kollox, għadha hawn. Għadha tagħżel il-ferħ, il-libertà u lilha nnifisha.”

Il-messaġġ tagħha ntlaqa’ b’ħafna appoġġ minn dawk li jsegwuha, b’ħafna jfaħħru l-kuraġġ tagħha li titkellem b’mod sinċier dwar it-tbatijiet li għaddiet minnhom u li tagħti tama lil oħrajn li jistgħu jkunu għaddejjin minn esperjenzi simili.

Ritratti:

Facebook/Melanie Kelly

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI