“Int Dejjem Se Tibqa’ L-Akbar Barka Tiegħi, L-Akbar Għalliem Tiegħi, U Parti Minn Qalbi Li Tterraq Miegħi Kuljum” – Omm Luke Vella Grima B’Messaġġ F’Għeluq Sninu

Ir-rebbieħ ta’ Love Island Malta, Luke Vella Grima, illum qed jiċċelebra għeluq id-29 sena tiegħu, u f’din l-okkażjoni speċjali rċieva messaġġ mimli mħabba mingħand ommu li mess il-qlub ta’ ħafna.

Fost kliem emozzjonanti, hija qalet li Luke mhux biss qed jagħlaq sena oħra, iżda qed jiftaħ kapitlu ġdid f’ħajtu. Sostniet li hu għallimha li s-saħħa vera ma tinsabx f’min ikun l-aktar storbjuż, iżda f’qalb tajba, u f'min jibqa' dejjem saqajh mal-art billi jibqa’ leali u onest.

Hija żiedet, li tul is-snin rat lil binha jaffaċċja l-isfidi u l-mumenti sbieħ tal-ħajja b’reżiljenza, umiltà u kompassjoni. Esprimiet ukoll ix-xewqa li Luke qatt ma jieqaf jemmen fih innifsu, jipproteġi l-paċi tiegħu, isegwi dak li jagħmlu kuntent, iħobb b’qalbu kollha u qatt ma jitlef il-ġentilezza li tagħmlu persuna speċjali.

Minn naħa tagħna, nawguraw ukoll lil Luke Vella Grima għeluq sninu mimli saħħa, ferħ u suċċess. Awguri!

Ritratti:

Facebook/Luke Vella Grima

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI