“Kompli Emmen Fik Innifsek U Iġri Wara L-Ħolm Tiegħek… Kburija Immens Bik, Dejjem” – Joanna Camilleri Lil Binha Sven

Awguri Joanne

Illum għandu għeluq sninu Sven Camilleri, bin il-preżentatriċi u produttriċi tat-televiżjoni, Joanna Camilleri. Hija kitbitlu messaġġ mill-isbaħ f’dan il-jum speċjali.

FIl-messaġġ sejħitlu "żagħżugħ inkredibbli" u qalet kemm tħossha privileġġata li ssejjaħlu mhux biss binha, iżda wkoll ħabib. Fil-messaġġ tagħha, ħeġġitu jibqa' jemmen fih innifsu, ikompli jiġri wara l-ħolm tiegħu u jilqa' kull opportunità li toffrilu l-ħajja, filwaqt li esprimiet il-fiduċja tagħha li l-isbaħ mumenti tiegħu għadhom ġejjin.

Joanna temmet il-messaġġ tagħha billi awguratlu għeluq sninu t-tajjeb u stqarret li tħobbu aktar milli jistgħu jesprimu l-kliem. Hija saħqet li dejjem se tibqa' l-akbar sostenitriċi tiegħu u li tinsab ferm kburija bih.

Fl-istess waqt, awguratlu aktar vjaġġi, sport, avventuri, saħħa, imħabba u kuntentizza, hekk kif Sven jagħlaq kapitlu importanti u jidħol f'fażi ġdida ta' ħajtu.

Awguri mill-qalb Sven!

Ritratti:

Facebook/ Joanna Camilleri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI