Il-preżentatriċi Maria La Barokka Muscat kitbet dwar premju li ġie mogħti minn The Malta Records għall-awtur Chris Azzopardi, li ppubblika diversi sensiliet.
"Proset lill-awtur L-awtur Chris Azzopardi li ġie rikonoxxut minn The Malta Records għall-itwal sensiela ta' rumanzi. Proset tassew," kitbet Maria. Hi qasmet anke ritratt miegħu waqt li jżommu l-premju. Bint Maria, Alicia, kemm-il darba ħadet ħsieb l-illustrazzjoni tal-ktieb.
Prosit Chris! Nixtiqulek aktar suċċessi fil-karriera tiegħek.