Fl-Att Ta’ Vandaliżmu F’Medjugorje, Jidher Li Statwa Tal-Madonna Ġiet Miksija B’Żebgħa Sewda

Xeni li qanqlu rabja u diżappunt f’Medjugorje, wara li matul il-lejl diversi simboli reliġjużi sfaw fil-mira ta’ vandaliżmu.

Fost l-aktar li spikka kien dak li sar lill-istatwa tal-Madonna fuq Podbrdo, magħruf bħala l-Għolja tad-Dehriet. Wiċċ u idejn l-istatwa nstabu miksija b’żebgħa sewda, filwaqt li fil-madwar dehru wkoll kitbiet offensivi kontra l-Madonna.

Il-vandaliżmu ma waqafx hemm, hekk kif ġew irrappurtati ħsarat oħra f’postijiet marbuta mat-talb u s-santwarju. Dak li ġara ħalla impatt fuq bosta nies, speċjalment fid-dawl tal-importanza li Medjugorje għandha għal eluf ta’ pellegrini li jżuruha kull sena biex isibu mument ta’ talb u paċi.

L-awtoritajiet qed jinvestigaw il-każ, filwaqt li beda wkoll ix-xogħol biex il-postijiet milquta jitnaddfu u jerġgħu lura għall-istat tagħhom.

Ritratti:

Instagram/ Corriere & Fb/ The Touch Group

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI