Ħames snin ilu, il-komunità tas-Siġġiewi tilfet lil Dun Nicholas Cachia, saċerdot li baqa’ mfakkar b’għożża minn dawk li kellhom ix-xorti li jsiru jafuh.
Fl-okkażjoni tal-ħames anniversarju minn mewtu, l-MP Jerome Caruana Cilia qasam messaġġ b’tifkira tiegħu fuq il-midja soċjali. Caruana Cilia fakkar b’mod partikolari fid-diskussjonijiet li kien ikollhom flimkien fi żmien is-seminarju, memorji li jidher ċar li għadhom kif ukoll jibqgħu imnaqqxa f’qalbu.
Huwa ddeskriva lil Dun Nicholas bħala bniedem ta’ spiritwalità kbira u b’qalb tad-deheb, filwaqt li esprima l-gratitudni tiegħu għas-servizz li ta matul ħajtu.“Grazzi tas-servizz tiegħek. Strieħ fis-sliem ħabib,” kiteb Caruana Cilia fi tmiem il-messaġġ tiegħu.
Fb/ Jerome Caruana Cilia