Illum, 30 ta’ Lulju, id-dinja qed tiċċelebra Jum Internazzjonali tal-Ħbiberija, ġurnata li tfakkarna fl-importanza tal-ħbieb li jkunu magħna kemm fil-mumenti sbieħ kif ukoll f’dawk diffiċli.
Din il-ġurnata hija ddedikata biex niċċelebraw lil dawk il-persuni li jġegħluna nidħku, jagħtuna s-sapport meta jkollna bżonnu u joħolqu magħna memorji li jibqgħu għal dejjem.
Kemm jekk il-ħbiberija ilha snin twal, kif ukoll jekk bdiet riċentement, illum huwa l-jum perfett biex tieħu mument u tgħid lill-ħbieb tiegħek kemm huma importanti għalik.
Il-messaġġ ta’ din il-ġurnata huwa wieħed sempliċi iżda sinifikanti, il-ħbiberija hija waħda mill-isbaħ rigali fil-ħajja u ta’ min niċċelebrawha.
U int, lil min tixtieq tirringrazzja f’dan il-Jum Internazzjonali tal-Ħbiberija? Għidilhom kemm ifissru għalik u ċċelebraw flimkien ir-rabta li tgħaqqadkom.