“Wieħed Mill-Iktar Mumenti Diffiċli F’Ħajti Bħala Kantant” – Kevin Borg Jitkellem Dwar il-Funeral Ta’ Gregory U Logan 

Kevin Borg qasam messaġġ mill-qalb wara li kanta waqt il-funeral ta’ Gregory, ta’ 43 sena u ibnu Logan, ta’ ħames snin, li tilfu ħajjithom traġikament.

Il-kantant stqarr li dan kien wieħed mill-aktar mumenti diffiċli li esperjenza tul il-karriera tiegħu, tant li ma setax iżomm l-emozzjonijiet tiegħu. Waqt il-funeral, Kevin interpreta l-kanzunetta Tlaqt Ħabib, f’mument li żgur kien wieħed kommoventi għal dawk kollha preżenti.

Kevin semma wkoll ir-rabta speċjali bejn il-missier u ibnu, hekk kif qal li kien sema’ li Gregory u ċ-ċkejken Logan kienu inseparabbli u dejjem flimkien. “Jiena ċert li hemm żewġ anġli ġodda fis-sema,” kiteb Kevin, filwaqt li esprima t-tama li Gregory u Logan jibqgħu jħarsu lill-familja tagħhom minn hemm fuq.

Huwa temm il-messaġġ tiegħu billi offra l-kondoljanzi lill-familjari u l-ħbieb tagħhom, u rringrazzja wkoll lil dawk li ħadu ħsieb l-organizzazzjoni tal-funeral.

Ritratti:

Fb/ Kevin Borg

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI