Wara 12-Il Sena Jerġgħu Jiltaqgħu! – Henry Zammit Cordina B’Laqgħa Speċjali Ma’ Casey

Laqgħa mill-isbaħ għal Henry Zammit Cordina, hekk kif dan l-aħħar reġa’ ltaqa’ ma’ Casey, li snin ilu kienet tinterpreta l-parti ta’ bintu fis-sensiela Maltija Ħbieb u Għedewwa.

Henry fakkar li għaddew tnax-il sena minn meta Casey kienet tagħmel parti mis-sensiela, li fiha ħadmet miegħu għal sitt snin. Iżda din id-darba l-laqgħa tagħhom seħħet f’ambjent  totalment differenti: waqt titjira, fejn Casey kienet liebsa l-uniformi u ħadet ħsiebu matul il-vjaġġ.

Recently on a flight, she took care of me. It was lovely to meet you again Casey. You looked great in uniform,” kiteb Henry fil-messaġġ tiegħu.

Mument sabiħ li reġa’ laqqa’ żewġ persuni li għal snin sħaħ kienu familjari mal-udjenzi Maltin bħala missier u bint fuq it-televiżjoni. Żgur li kienet laqgħa memorabbli għat-tnejn li huma!

Ritratti:

Fb/ Henry Zammit Cordina

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI