“Se Jitħallew Klieb Kbar Jivvjaġġaw Fil-Kabina” – ITA Airways

Kull min irabbi l-klieb kbar jaf kemm żgur kemm tista’ tkun diffiċli li jippjana safra miegħu, iżda ITA Airways għadha kemm għamlet pass interessanti ħafna għal din is-sitwazzjoni.

Il-linja tal-ajru Taljana nediet servizz ġdid bl-isem Large Dog On Board li se jippermetti li klieb li jiżnu sa 30kg se jkunu jistgħu jivvjaġġaw fil-kabina ħdejn sidhom, mingħajr ma jkollhom għalfejn joqogħdu f’carrier. L-ewwel titjiriet b’dan is-servizz se jibdew mit-3 ta’ Awwissu fuq għadd ta’ rotot domestiċi fl-Italja. Għal kull titjira se jkunu jistgħu jivvjaġġaw sa żewġt iklieb eliġibbli, li se jkollhom spazju apposta fuq tapit fil-kabina, bis-sid tagħhom bilqiegħda maġenbhom.

Naturalment, hemm xi kundizzjonijiet. Is-sid irid jixtri spazju ekwivalenti għal żewġ biljetti u jħallas €95 oħra għall-kelb. Il-kelb irid ikollu mill-inqas sitt xhur, ikun microchipped, ikollu t-tilqim meħtieġ u jkun iċċertifikat minn veterinarju li jinsab tajjeb biex jivvjaġġa. Waqt it-titjira jrid ukoll jinżamm b’mod sigur bit-tagħmir mitlub mil-linja tal-ajru.

Għalissa s-servizz se jkun limitat għal ċerti titjiriet fl-Italja, iżda ITA Airways qed tippjana li fil-futur twessgħu għal aktar rotot u possibbilment anke għal titjiriet internazzjonali.

Ritratti:

Fb/ International Dog Travel & ITA Airways

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI