Illum qed jitfakkar it-22 anniversarju mill-mewt tal-kantant u attur Malti Mario Ellul, artist li ħalla l-marka tiegħu fix-xena kulturali u tad-divertiment lokali. F’din l-okkażjoni, diversi persuni li kienu jafuh jew ħadmu miegħu qed ifakkru mhux biss it-talent artistiku tiegħu, iżda wkoll il-karattru u l-imħabba li kien juri lejn dawk ta’ madwaru.
Fost il-messaġġi li dehru fuq il-midja soċjali, Mario Ellul ġie deskritt bħala persuna li ħalliet wirt sabiħ warajha, b’ħafna jisħqu li se jibqa’ mfakkar u għażiż għal dejjem. Għalkemm għaddew 22 sena minn meta ħalliena, il-memorja ta’ Mario Ellul tibqa’ tgħix fil-qlub ta’ dawk li kellhom il-privileġġ jafuh jew isegwu l-karriera tiegħu, filwaqt li l-kontribut tiegħu għall-arti u d-divertiment Malti għadu apprezzat sal-lum.
Strieħ fis-sliem Mario u kompli ħares fuq il-maħbubin tiegħek.
Facebook / Ray Azzopardi