“Awguri Mill-Qalb, Għażiża Ommi, Għat-83 Sena Tiegħek” – Ray Abela Lil Ommu

Ray Abela awgura lill-għażiża ommu f’jum għeluq sninha. Kitbilha messaġġ fuq il-paġna tiegħu biex jesprimi kemm japprezzaha.

Kiteb, “Awguri mill-qalb, għażiża ommi, għat-83 sena tiegħek. Illum hija ġurnata speċjali għalina lkoll. Ġurnata li tfakkarna kemm aħna xxurtjati li għadna nistgħu naqsmu mumenti prezzjużi miegħek. Grazzi tal-imħabba bla kundizzjoni li dejjem urejt magħna, tal-paċenzja, tas-sagrifiċċji u tal-qalb kbira li dejjem kellek għall-familja. Int għallimtna li l-ikbar ġid fil-ħajja mhumiex l-affarijiet materjali, iżda r-rispett, il-ġenerożità, il-ħniena u l-imħabba lejn xulxin.”

Żied jgħid, ,“Ħafna minn dak li jien illum ġej mill-valuri li rabbejtni bihom u mill-eżempju li tajtni tul ħajtek kollha. Dawn huma rigali li ma jintesew qatt. Kemm nixtieq li flok fjuri u rigali, nkun nista nagħtik parti minn saħħti sabiex ma’ tkomplix tbati. Awguri, Ma. Grazzi ta’ kollox. Inħobbok ħafna.”

Nawgurawlha mill-qalb f'din il-ġurnata speċjali!

Ritratti:

Facebook / Ray Abela

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI