“Fl-Aħħar Wasalna L-Messiku Għar-Raba’ Trattament Cytotron Ta’ Jasmine…” – Jasmine’s Journey

Il-paġna Jasmine's Journey tat aġġornament ieħor dwar il-vjaġġ ta' Jasmine, hekk kif hi u l-familja tagħha waslu fil-Messiku biex tibda r-raba' trattament tagħha Cytotron.

Huma spjegaw li wara vjaġġ twil u għeja, issa se jqattgħu ħames ġimgħat hemm. Jasmine se tkun qed tirċievi t-trattament kuljum għal 28 jum, filwaqt li se tagħmel ukoll numru ta' testijiet mediċi.

Qabel jibda dan il-pass importanti, il-familja qed tipprova tadatta għaż-żona ġdida tal-ħin. Fil-messaġġ tagħhom qalu li minn għada Jasmine se tibda t-testijiet mediċi, stadju li dejjem iġib miegħu ċerta ansjetà, iżda jibqgħu b'tama qawwija.

"Bħal dejjem, grati ħafna lejn kull min iżomm lil Jasmine fit-talb. Nixtiequ ħafna li tingħaqdu magħna fit-talb biex it-testijiet mediċi kollha tagħha jgħaddu bla xkiel, biex it-trattament jirnexxi, u biex inkomplu naraw kambjament pożittiv u progress."

Fl-aħħar, irringrazzjaw lil kull min baqa' magħhom tul dawn is-snin, għall-appoġġ u l-inkoraġġiment kontinwu. Kuraġġ dejjem lil Jasmine u lill-familja tagħha.

Idħol HAWN biex tara l-filmat

Ritratti:

Facebook/ Jasmine’s Journey

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI