“Sena Ilu Ktibt Dwar Ħolma Li Kont Qed Negħreq… Kienet Sena Mimlija Sfidi U Gratitudni” – Luca Lorenzo

Luca Lorenzo

Il-preżentatur Luca Lorenzo jqis is-6 ta’ Awwissu bħala jum ta’ riflessjoni personali, mument li fih jieqaf biex iħares lura lejn is-sena li għaddiet u jevalwa t-triq li jkun għadda minnha.

F’kitba li qasam fuq il-midja soċjali, huwa spjega li sena ilu kien tkellem dwar ħolma konsistenti fejn fiha jkun qed jegħreq, filwaqt li din is-sena għażel li jiffoka fuq l-isfidi li affaċċja u kif seta’ jindirizzahom.

"Kienet sena ta' sfidi u gratitudni… Ninsab f'post aħjar? Iva jkolli ngħid. Kultant xorta jkolli dak il-ħolm; qatt ma jisparixxu, iżda dan ma jfissirx li mhux se nkun ambizzjuż"

Minkejja l-isfidi, il-messaġġ tiegħu jintemm b’ton ta’ tama u ottimiżmu. Luca jistqarr li għadu jemmen fil-ħolm tiegħu, anke jekk jibqa' jkun hemm sfidi u ħolm kemxejn negattiv.

Prosit u ibqa' miexi 'l quddiem Luca! Irridu ngħidu li f'Luca naraw raġel mimli talenti u ċerti li ħa jibqa' jkun ta' ispirazzjoni għal ħafna.

Ritratti:

Facebook/ Luca Lorenzo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI