“Il-Ħadd… Tfejna L-Forn Tal-Pizza Għall-Aħħar Darba Mill-Ħanut Tagħna f’Ħal Tarxien” – Patakkus

Patakkus sellem b’emozzjoni l-ħanut storiku tiegħu f’Ħal Tarxien, hekk kif il-Ħadd li għadda tħaddem il-forn tal-pizza għall-aħħar darba minn dak il-post li għal snin twal kien dar kemm għan-negozju kif ukoll għall-familja wara l-isem.

F’messaġġ emozzjonanti, il-persuna wara Patakkus qasmet kif il-familja tagħha bdiet dan in-negozju meta s-sid kien għad kellu biss sitt snin, u stqarr li qatta’ aktar ħin bejn il-ħitan tal-ħanut milli d-dar tiegħu stess.

"Hawnhekk kbirt, ħloqt memorji li ma jintesew qatt, u kelli l-privileġġ naqdi lil ħafna minnkom matul is-snin," kiteb, filwaqt li rringrazzja lill-klijenti kollha li għamlu parti minn dan il-vjaġġ.

Matul din il-ġimgħa, Patakkus se jkun magħluq sabiex jitlesta l-proċess ta’ trasferiment lejn il-post il-ġdid tiegħu f’106, Triq Ħal Tarxien, Raħal Ġdid, fejn se jibda kapitlu ġdid.

Fl-istess messaġġ, Patakkus stieden lill-pubbliku jaqsam il-memorji li għandu mill-ħanut ta’ Ħal Tarxien, filwaqt li ħabbar li dalwaqt se titħabbar ukoll id-data uffiċjali tal-ftuħ tal-post il-ġdid.

Ritratti:

Facebook / Patakkus

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI